Banner
Home dawl Franġiskan Artikli 2008 Jannar 08: Il-Festi u ż-Żgħażagħ
PDF Print E-mail
Miktub minn Jason Sammut   

Il-Festi u ż-Żgħażagħ

Logħob tan-nhar

Qiegħed nikteb dan l-artiklu fil-bidu ta' sena ġdida u qabel ma jiftaħ l-istagun tal-festi. ħassejt li għandi nikteb fuq dan is-suġġett għax bħala delettant li nzur diversi festi matul is-sajf, inħoss li ċerti affarjiet li qed isiru, qegħdin ikissru l-iskop tal-festi Maltin. Għalija l-għanijiet tal-festi huma tnejn, l-ewwel li l-festa tgħaqqad il-paruċċani flimkien biex jifirħu bil-patrun/a tar-raħal jew belt tagħhom. It-tieni għan hu li permezz ta' dawn il-qaddisin aħna għandna nersqu izjed lejn Alla billi nimxu fuq l-ezempju li kienu jagħtu matul ħajjitħom.

Il-festa Maltija bdiet għall-ħabta tas-seklu 16 u kienet biss avveniment żgħir fejn kollox kien limitat. Illum il-ġurnata f'kull belt u raħal isiru festi ad unur ta' qaddis jew qaddisa differenti u f'ċerti lokalitajiet ikun hemm iktar minn festa waħda. Ħafna żgħażagħ ssibhom jaħdmu fuq bażi volontarja u jistinkaw fil-każini tal-baned, għaqdiet ta' l-armar kemm ta' barra l-knisja kif wkoll ta' ġewwa u għaqdiet tan-nar fost oħrajn. Din hija ħaġa tajba għax b'hekk iż-żgħażagħ jużaw il-ħin liberu tagħhom tajjeb u ma jaqgħux għal xi vizzji. Issib ħafna żgħażagħ li jafu jibbilanċjaw dak li hu reliġjuz ma' dak li hu profan.

B'dak li se ngħid ma nixtieqx niġġeneraliżża però nħoss li l-festi illum qed isiru pagani. Forsi tgħiduli għaliex qiegħed tgħid hekk? Nibda billi ngħid illi l-iżbilanċ bejn dak li hu festa interna ma' dik esterna qiegħed jikber sena wara sena. Żewġ mistoqsijiet nixtieq nistaqsi liż-żgħażagħ bħali:

  • Kemm fi żmien il-festa qed nattendu għall-funzjonijiet tal-Knisja  biex nitgħallmu nixbħu iżjed lil dak il-qaddis jew qaddisa?
  • Kemm qed inrażżnu lsienna billi ma noqogħdux ngħajru lilħaddiehor?
Nixtieq nagħlaq dan l-artiklu billi ngħid li ż-żgħażagħ huma fattur importanti fil-festi tagħna biex b'hekk it-tradizzjonijiet u d-drawwiet li ħallewlna missirjietna jkomplu u ngħadduhom lil ta' warajna aħjar milli għaddewhomlna ta' qabilna.
 

Happy Birthday

Opinjoni

X'taħseb dwar is-Sit tagħna?
 

Ħsieb

Ħsieb mil-BibbjaIl-futur jiddependi minn dak li nagħmlu fil-prezent.

Kalendarju

<<  August 2010  >>
 M  T  W  T  F  S  S 
        1
  2  3  4  5  6  7  8
  9101112131415
16171819202122
23242526272829
3031