Home
Merħba! PDF Print E-mail

Aħna żgħażagħ, bejn it-18 u t-30 sena, li niltaqgħu ċ-Ċentru minn ta' l-anqas darbtejn f'ġimgħa u li flimkien naqsmu diversi mumenti minn ħajjitna bħala Gi.Fra.!

Gi.Fra. Floriana

Xi tfisser eżattament il-kelma 'Gi.Fra.'?

Il-'Gi.Fra.' jew inkella 'Gioventu` Francescana' hija Għaqda jew Fraternita` ta' żgħażagħ li oriġinat mill-Italja, li lesti jippruvaw jgħixu ħajja nisranija fid-dawl ta' l-Evanġelju kif għixu San Franġisk t'Assisi. Aħna grupp magħmul minn persuni differenti, pero` bl-istess ideal u motivazzjoni li jgħaqqduna lkoll flimkien. Aħna niltaqgħu mhux biss għax aħna ta' l-istess eta` imma għax aħna konvinti li nistgħu nimxu flimkien fuq il-passi ta' Ġesu`. Bħal f'kull mixja, anke` f'din il-fraternita` nesperjenzaw id-diffikultajiet u t-toqol li jagħmlu parti minnha. Dak li nistaqsu lilna nfusna kif ukoll lilek, jekk tagħżel li timxi magħna, hu biex nippruvaw nipparteċipaw bix-xewqa li naqsmu dak li għandna billi "ngħatu dak li naqilgħu", l-istess bħall-fqajjar t'Assisi. Danakollu ma jfissirx monotonija ta' ħajja, anzi l-kontra. Il-missjoni ta' kull żagħżugħ u żagħżugħa fil-Gi.Fra. hi li jippruvaw jagħmlu l-għelmu tagħhom sabiex jgħixu ħajja xierqa billi jgawduha mill-aħjar li jistgħu, filwaqt li jżommu quddiem għajnejhom li Alla biss hu l-iskop ewlieni, uniku u aħħari ta' ħajjithom.

 

Happy Birthday

Opinjoni

X'taħseb dwar is-Sit tagħna?