Home
Sena Ġdida mal-Mulej PDF Print E-mail
Miktub minn Denise Micallef   

Għeżież ħuti,

Is-Sliem.  Bl-għajnuna tal-Mulej bdejna Sena Ġdida.  Minn jaf x'se
toffri din is-Sena?  Tgħid se tkun Sena aħjar?

Mistoqsijiet simili faċli jiġu f'moħħna.  Madankollu, ħarsitna għandha tkun fuq dak li Hu
l-Veru Dawl – Ġesu' Kristu.  Il-ħajja hi taħlita ta' esperjenzi kemm
sbieħ u kemm inqas sbieħ.  Minkejja dan, jekk wieħed f'kull
ċirkostanza ta' ħajtu jitfa' ħarstu fuq Ġesu', il-piż tal-ħajja ikun
eħfef.  Nista' ngħid dan mill-esperjenzi diversi f'ħajti.  Quddiem
l-għawġ, minkejja t-tbatija, xorta fija ħassejt il-paċi għax ħallejt
post għal dak li vera jaf iħobb – Ġesu'.

Minn qalbi nawgura lil kull persuna esperjenza intima ma' Ġesu'
l-Feddej.  Fl-opinjoni tiegħi, nippruvaw insibu ħin għal kollox imma
fl-istess ħin, ftit li xejn nagħtu ħin lill-Mulej.  Tajjeb inżommu
ċertu bilanċ f'ħajjtina u nersqu lejn il-vera ferħ.  Imma kif tista'
takkwista' l-ferħ ta' veru?  Kif tagħti ħinek lill-Mulej?

B'fiduċja sħiħa, nemmen li l-ħajja tagħna tieħu xejra ferm pożittiva
jekk nipparteċipaw fil-quddiesa kuljum u mqar nagħmlu ftit ħin ta'
adorazzjoni.  Ħajjtina tieħu aktar sens jekk nieħdu sehem fit-talba
tar-rużarju u għaliex le, naraw ukoll x'tgħid il-kelma t'Alla –
il-Bibbja.  Nawgura li tippruvaw dan, għeżież ħuti.  M'hemm xejn
x'titilfu!

Għalina l-insara, il-ftuħ tas-sena hu wieħed  sabiħ meta niftakru
fis-sollennita' ta' Marija, Omm Alla – il-festa li tiġi ċċelebrata
fl-1 ta' Jannar.  Mill-eternita', Alla għażel lill-Verġni ta' Nażaret
biex tkun l-Omm ta' Ibnu.  Hjia saret it-'Theotokos', Omm Alla.
Marija hija l-omma spiritwali tagħna.  Fil-fatt, fil-passjoni kiefra,
Alla, fil-persuna ta' Kristu, ta lil Ommu lill-umanita' kollha.

Nemmen li jekk inżommu dan kollu quddiemna, ikollna sena mill-isbaħ
minkejja l-għawġ li jista' jinqala'.  Wara kollox la l-Mulej magħna
min jista' jkun kontra tagħna?  Għalhekk qalbna f'kull ċirkostanza
għandha tkun mimlija ferħ għax

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi
xejn ma jonqosni.

                     (Salm 23: v.1)

 

 

 

Happy Birthday

  • 24.03.2010
    Tiziana Caruana
  • 30.03.2010
    Aaron Fenech

Opinjoni

X'taħseb dwar is-Sit tagħna?