Home
Write-up: Ġesu' Jbati Miegħek! PDF Print E-mail
Miktub minn Keith Spiteri   
It-Tlieta, 04 April 2006 20:00

 

Id-drama minn dejjem nafni inhobbha! Minn dejjem nafni ninvolvi ruhi sew, nikteb xi storja, jew inkella nirrecta xi karattru umoristiku jew serju. Dan l-ahhar intfajt nikteb stejjer li mal-ewwel daqqa t’ghajn jidhru semplici, imma jekk wiehed janalizzahom sew,jinduna li dawn l-istejjer filfatt fihom messagg profond, li normalment juru l-emozzjonijiet u x-xewqat tieghi. Inhobb nikteb hafif, madankollu b’messagg car u minghajr kantunieri. Hafna mill-iskripts tieghi niktibhom apposta ghall-grupp tal-Gi.Fra. tal-Furjana, li jien stess naghmel parti minnu wkoll. Il-membri dejjem urew ammont kbir ta’ entuzjazmu u commitment, biex intellghu produzzjonijiet simili. Ghalhekk, qabel ma nibda, nixtieq nirringrazzjahom kollha… impossibli nsemmihom kollha b’isimhom!

Is-sena l-ohra, ktibt u ddirigejt mima fuq il-passjoni ta’ Kristu b’karattri u b’sitwazzjonijiet moderni fejn il-messagg taghha kien wiehed specifiku… li lil Gesu ma qatluhx biss ir-Rumani, il-pagani jew il-Lhud! Anke ahna, ahna hatja tal-mewt tieghU… bid-daqqiet li naghtuh ta’ kuljum. M’humiex daqqiet ta’ flagell. Huma daqqiet bil-fomm, bil-hsieb, bl-ghemil! Il-mima tas-sena l-ohra kienet titratta prattikament dwar il-qawwa tal-hazen li tinbet fina meta nkunu dghajjfin. Nazzarda nghid, li min ma jemminx li x-xitan jezisti, huwa litteralment maqtugh mid-dinja. Ghax bhalma Alla hu veru, anke x-xitan hu! Bhalma x-xitan ittanta u ppersegwita lil Gesu fl-ahhar sighat ta’ hajtu, l-istess jaghmel maghna. Il-qawwa tax-xitan hija enormi, pero ghandna dejjem niftakru li l-qawwa t’Alla hi dejjem akbar! M’ghandniex ghalfejn inhallu l-qawwa tax-xitan tbezzghana, ghax jekk Alla hu maghna, min jista’ jkun kontra taghna?

Is-success li kellna s-sena l-ohra, ghenna naghmlu kuragg biex dis-sena nergghu ntellghu xi haga ohra simili. Hsibt fuq li hsibt u ddecidejt li dis-sena nohloq storja aktar serja… li taf tixxokkja lill-udjenza u forsi ggieghlom jifhmu li Alla mhux vera miet jew ma jezistix, imma fil-verita, Gesu qieghed kontinwament ibati maghna. Alla ma jgibx il-mard. Alla ma jgibx id-dwejjaq. Allura, ghaliex Alla l-hallieq li tant ihobb lill-bniedem, jippermetti din it-tbatija kollha fuq ix-xbieha tant mahbuba tieghu? L-istorja ta’ din is-sena, se titratta dwar din il-mistoqsija, li l-bniedem ghandu habta jistaqsi, specjalment meta jkun ghaddej minn xi zmien difficli.

‘Gesu jbati mieghek!’. Hekk hu t-titlu tal-mima tar-Randan ta’ din is-sena. B’differenza minn tas-sena l-ohra, il-mima ta’ din is-sena se tkun imhallta ma’ element ta’ rexta fejn xi karattri principali se jitkellmu bejniethom. 'Kif jista’ jkun possibli, li dak il-guvni li tant ihobb lil Alla, jitghabba bil-marda tal-cancer? Kif tista’ qatt dik l-omm, li wara x-xokk tat-telfa tar-ragel taghha, temmen li binha daqt imut ukoll? Kif tista’ dik il-koppja li tant thobb lil xulxin, taccetta li fil-verita m’hemmx futur ghalihom? Kif jista’ dak il-guvni ma jehodhiex kontra Alla, meta dejjem mexa dritt u pprova jghix ta’ persuna genwina?'

Il-produzzjoni taghna titratta fuq zewg stejjer li huma amalgamenti u paralleli ma’ xulxin. Meta l-guvni jiskopri li huwa marid b’din il-marda terminali, jidhirlu x-xitan li jibda jittorturah bil-hsibijiet. Fl-istess hin, l-anglu tal-Mulej jintbaghat biex jghin lill-guvni ma jiddevjax mill-hajja tajba li kien jghix qabel. Id-dubbji u l-bizghat li jirnexxielu jnebbet ix-xitan huma kbar. Madankollu, qalb il-guvni hija gusta, u l-anglu tal-Mulej jaghmillu l-kuragg b’diversi vizjonijiet dwar l-erba’ tipi ta’ tbatijiet (tal-mohh, tal-qalb, tal-gisem u tar-ruh) li garrab Gesu Kristu, ftit qabel ma miet.

Din il-produzzjoni qed tinvolvilna hafna preparazzjonijiet. Il-kast taghha se jkun maghmul b’aktar minn ghoxrin persuna li qeghdin joffru l-hin taghhom volontarjament. Il-muzika hi maghmula minn xi whud mill-aqwa soundtracks ta’ films, u huma maghzula apposta biex jghinu lill-udjenza tidhol aktar fl-istorja. Bhas-sena l-ohra, il-mima ‘Gesu jbati mieghek!’ ghandha tkun produzzjoni ohra li thalli impatt fuq min jaraha. M’inix nghid hekk ghax ktibt l-istorja jew iddirigejtha jien, imma ghax konvint li kull persuna nvoluta qed taghmel l-ghelmu kollu taghha minn qalbha! U meta l-haga tkun gejja mill-qalb, ma tista qatt tkun kerha!

Filwaqt li nixtieq nirringrazzjak talli qrajt dwar il-mima li qed intellghu, f’isem shabi l-membri kollha, nixtieq niehu l-opportunita’ biex nistieden lilek, lill-familja u lill-hbieb tieghek ghal din il-produzzjoni taghna, li se ssir fil-knejjes imsemmija fil-poster t'hawn fuq. Jekk ghal xi raguni jew ohra ma tkunx tista tattendi, ftakar biss haga wahda… ‘Gesu jbati mieghek!’
 

Happy Birthday

  • 09.03.2010
    Daniela Delicata
  • 09.03.2010
    Daniela Delicata
  • 24.03.2010
    Tiziana Caruana
  • 30.03.2010
    Aaron Fenech

Opinjoni

X'taħseb dwar is-Sit tagħna?