Home Attivitajiet 2009 Laqgħa taż-Żgħażagħ Voluntiera ma’ Mons Arċisqof
Laqgħa taż-Żgħażagħ Voluntiera ma’ Mons Arċisqof PDF Print E-mail

Wara xahrejn ta’ xogħol kontinwu ta’ preparamenti u ħinjiet twal ta’ ħsieb naħseb li sħabi jaqblu miegħu li ħallew il-frott mixtieq.  U tara li kollox mexa ħarir huwa ta’ sodisfazzjon kbir.

F’din l-attivita` l-Gi.Fra. Floriana ġiet avviċinata mill-KDŻ biex tmexxi l-Laqgħa taż-Żgħażagħ Voluntiera ma’ Mons Arċisqof.  Minħabba li ħabtet fil-National Youth week is-Segretarjat għaż-Żgħażagħ u Sport stieden lill-KDŻ biex l-istess laqgħa tkun fin-National Youth Week.  Għalina bhala Gi.Fra din l-attivita’ se nibqgħu niftakruha fit-tul żgur. 

Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull grupp jew għaqda li taw sehemhom u li kienu preżenti. Qattajna siegħa u nofs naqsmu flimkien l-esperjenzi tagħna u minn xiex għaddejna biex ngħinu lil mhu fil-bzonn.  Għandna nkunu kburin li ahna żgħażagħ Maltin attivi fis-socjeta`.

Il-kliem ta’ kuraġġ ma naqasx mill-Eċċelenza tiegħu Mons.Arċisqof Pawl Cremona, Fr Savio u mill-Onorevoli Cylde Puli.  

 

Grazzi lil kulħadd

 

 

 

Click image to open!
 

 


 

 

Happy Birthday

Opinjoni

X'taħseb dwar is-Sit tagħna?